Din il-koppja ħelwa ddeċidew li jieħdu sessjoni tal-fotografija b'differenza. Isaac u Julienne huma żewġ akrobati bravissimi u dalwaqt ser isiru ġenituri. Fuq facebook tefgħu ritratt mill-isbaħ li juru dak li jħobbu jagħmlu fejn Isaac jidher jagħmel xi tattiċi tal-akrobazija b'martu maġenbu.

Xi ħlew! Xi ħaġa differenti li turi wkoll l-imħabba li għandhom lejn l-arti. Isaac huwa magħruf ukoll bħala l-music boy fejn huwa pjanist u anke jipproduċi l-mużika hu stess. Min-naħa l-oħra, Julienne hija artista wkoll bl-id fejn tagħmel xogħol bl-idejn. Fikom ġmiel! Awguri mingħandna ta' Gwida.mt

Ritratt: Stefan Varga/ Isaac Camilleri Liberto


Clifford Galea