Bħalissa l-Unjoni Ewropea qiegħda tiddiskuti l-possibbiltà li tipprojbixxi għalkollox il-konsum tal-energy drinks fl-istati membri.
Dan ġie mħabbar fuq il-mezzi soċjali mill-MP Peter Agius li spjega kif proprju bħalissa l-Parlament Ewropew għaddej b'diversi diskussjonijiet dwar dan ir-rigward.
Matul is-snin, mhux l-ewwel darba li l-konsum tal-energy drinks ġie suġġett għal xi dubji dwar jekk il-konsum tiegħu huwiex detrimentali għas-saħħa tal-bniedem.
Huwa mifhum li ż-żagħżugħ huma fost l-aktar li jikkunsmaw dawn l-energy drinks.
Intom x'taħsbu?