Il-ġurnata tal-lum iġġib magħha għadd ta' memorji mill-passat għall-attriċi Nakita Grima u l-familja tagħha. Illum jaħbat għeluq snin missierha l-għażiż, li llum il-ġurnata qed iħares lil Nakita u lill-familjari kollha mill-ġenna. 

Hi ħallietlu messaġġ fuq il-profil tagħha fejn issemmi kemm kienu jiċċelebraw bil-kbir din il-ġurnata speċjali tiegħu meta jagħlaq sninu. "Kieku llum qattajna ġurnata memorabli flimkien. Kieku llum erġajt organizzajna xi ħaġa biex għal darba oħra niċċelebraw dan il-jum tant speċjali. Kieku llum konna nerġgħu noħolqu memorja oħra mil-isbah filmikien." Nakita tindirizza lil missierha stessu tgħidlu kemm tixtieq tista' tgħannqu mill-ġdid. In-nuqqas tiegħu jinħass wisq, madanakollu Nakita temmen li hu għadu l-gwida tagħhom u tgħid lil missierha jibqa' jħarishom mis-sema f'kull pass li jagħmlu.

"Naf fiċ-ċert li kif kont iddawwal ħajjitna meta kont għadek magħna, għadek tagħmel l-istess min hemm fuq. Għadek tagħmel ċert li meta inkunu mitlufa u ma nafux kif ħa nkomplu, tixxellulna t-triq biex qbadt ma naqtaw qalbna u naslu fejn ikollna bżonn. L-unika xewqa li għandi hi li tal-inqas ikolli ċans nagħnqek għal darba oħra miegħi. Kieku kelli dan iċ-ċans, kieku din id-darba nagħmel biċ-ċert li ma nitilqekx min tgħanniq ħalli tibqa' miegħi għal dejjem."

Minn qalbna nagħmlu kuraġġ lill-familja kollha ta' Nakita f'dawn il-mumenti. Awguri fil-ġenna lill-għażiż missierha. Kuraġġ Nakita!

Facebook/ Nakita Grima


Kyle Zarb