Din l-omm għamlet dak li ħafna probabbli kienu jaħsbu li hu impossibli! Melanie li wara li r-raġel tagħha proponielha bdiet tfittex il-libsa tal-ħolm tagħha, iżda kellha sorpriża tistennieha hekk kif skopriet li qed tistenna tarbija!
Ma kinitx faċli għal din l-omm, imma bid-data tat-tieġ lesta u l-libsa tat-tieġ magħżula ħadet id-deċiżjoni li tagħmel ħilitha sabiex titlef il-piż li tkun tellgħat fit-tqala. Mas-sit lokali OurWedding, Melanie stqarret li ma kinitx faċli li titlef 18-il kilo f'inqas minn sena imma b'determinazzjoni u sapport mill-familja rnexxielha wkoll!
Ritratt: Facebook / Wedding Talk Malta - Melanie Fiteni Agius
L-ikbar sfida għaliha kienet li tkun tista' tredda lit-tifel f'din il-ġurnata importanti. Il-libsa li għażlet għenitha tagħmel dan ukoll għax kellha disinn bi spalla waħda! Melanie infatti irringrazzjat lil Wedding Bells, il-ħanut minn fejn sabet il-libsa tal-ħolm tagħha. Min jaf forsi ilbiesi ta' dan it-tip isiru aktar aċċessibli għal ommijiet bħal Melanie.
Fl-2019 tista' li ssib diversi ilbiesi li wieħed jista' jsib mhux biss għal kull okkażjoni imma wkoll għal kull sitwazzjoni li wieħed ikun jinsab fiha!
Facebook / Melanie Fiteni Agius