22 sena ilu, ġie nieqes il-kantant ċelebri Malti Sammy Bartolo. It-tifla tiegħuq Luisana Bartolo, ħalliet messaġġ ta' qsim il-qalb dwar dak li seħħ 22 sena ilu. Messaġġ li dawk kollha li tilfu lil xi ħadd għażiż żgur li jistgħu jirrelataw miegħu.
Luisana tikteb, “Missier, illum fit-22 ġurnata jimmarka 22 sena minn meta ġejt nieqes, u dawk huma 22 sena minn meta kelli ngħix mingħajrek u nibqa’ għaddejja, ikun xi jkun!”
Tkompli billi bl-aktar mod onest tgħid: "Inwiegħed li hekk nagħmel, imma l-uġigħ iweġġa’ bl-istess mod ta’ dak il-jum kiesaħ f’Novembru. Naf li tkun miegħi kultant, irrid nemmen u nittama li jiġi dak il-jum li nerġgħu naraw lil xulxin."
Ritratt: Facebook / Luisana Bartolo
"Sakemm dan isir, insellimlek missier. Inħobbok dejjem. Bintek l-għażiża, Luisana." Dan ikun il-messaġġ aħħar ta' bintu Luisana li wirtet id-don tal-kant ta' missierha u ħafna jistqarru wkoll, li għandha l-kisra f'leħinha li tfakkar lil dak li jkun fil-kisra ta' missierha Sammy.
Lura lejn l-2010, Luisana preżentat kanzunetta fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bl-isem ta' Kif Jista' Jkun, kanzunetta b'dedika lil missierha li qasmet il-qlub ta' kull min kien preżenti b'interpretazzjoni mill-qalb.
Ix-xorti sabiħa li għandha Luisana, hi li flimkien ma' ħutha u dawk kollha li kellhom lil Sammy għal qalbhom, jistgħu jibqgħu jgawdu il-vuċi sabiħa tiegħu fin-numru ta' kanzunetti li ħallielna. Kanzunetti b'dik il-vuċi unika li kellu Sammy.
M3pcom.mt