Fuq il-paġna uffiċjali Transport Malta ħabbru aġġornament dwar il-każijiet li ltaqgħu magħhom matul il-ġimgħa li għaddiet.
"L-uffiċjali tal-infurzar ta' Transport Malta intervjenew f'23 inċident li jinvolvu kolliżjonijiet jew ħsarat fil-vetturi. Minn dawn kollha, kien hemm ukoll 2 kolliżjonijiet bi ġrieħi. Il-ħin medjan ta' rispons mill-uffiċjali tal-infurzar kien ta' anqas minn 18-il minuta."
Ikomplu billi jgħaddu appell għas-sewwieqa kollha. "Nappellaw lis-sewwieqa kollha biex jibqgħu viġilanti u jsuqu b'mod sigur. Kull prekawzjoni li tieħu tgħin biex tevita inċidenti u tħares it-toroq tagħna
Il-pubbliku jista' jirrappurta anke xi inċident permezz ta’ messaġġ privat jew permezz tal-app TM Alert li tista' tniżżilha mill-App Store jew Google Play.