Fi ftit żmien l-uffiċjali tal-LESA se jkunu qed jużaw speed guns, bil-għan li jnaqqsu l-ammont ta’ inċidenti fit-toroq f’żoni speċifiċi.

Svetlick Flores minn LESA spjega ma' ONE news dwar kif l-imsemmija speed guns jaħdmu bl-istess sistema tal-ispeed cameras, b'radars li jiskopru l-veloċità tal-vetturi.

L-ispeed guns huma magħrufa li jippermettu aktar mobilità u għalhekk jistgħu jiġu utilizzati f'żoni differenti. Uffiċjali tal-pulizija diġà bdew jużaw speed guns, u issa mistennija li jużawhom uffiċjali tal-LESA wkoll.

Skont Flores is-sewqan eċċessiv qed joħloq sitwazzjonijiet perikolużi u riskjużi speċjalment f’żoni residenzjali. Se tingħata iktar attenzjoni fil-ħinijiet li jibdew joħorġu t-tfal mill-iskejjel fost l-oħrajn.

Il-multi tal-veloċità maħruġa permezz ta’ speed guns se jintużaw bl-istess mod li jinħarġu biljetti oħra.


Kyle Zarb