L-Unjoni Ewropea qed timxi ’l quddiem bi proposta li tippermetti lil dawk ta’ 17-il sena jiksbu liċenzja tas-sewqan, basta jkunu taħt superviżjoni sa ma jagħlqu 18. Din il-miżura, parti minn reviżjoni tal-liġi tal-liċenzji tas-sewqan, għandha l-għan li ż-żgħażagħ jiksbu aktar esperjenza u jtejbu s-sigurtà fit-toroq.

Il-proposta mhix se tkun imposta bilfors fuq il-pajjiżi, u kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea jista’ jiddeċiedi jekk jadottahiex jew le. Xi stati jistgħu jagħżlu li jżommu l-età minima ta’ 18-il sena.

Fost ir-riformi ewlenin hemm perjodu ta’ prova ta’ sentejn għal sewwieqa ġodda, b’regoli aktar stretti biex titnaqqas l-inċidentalità. Statistiċi juru li 40% tal-inċidenti fatali jinvolvu sewwieqa taħt it-30 sena.

Se tiddaħħal ukoll liċenzja tas-sewqan diġitali li tkun aċċessibbli minn smartphones, għalkemm il-verżjoni fiżika tibqa’ disponibbli. Il-liġi l-ġdida tinkludi wkoll miżuri biex tiġi indirizzata n-nuqqas ta’ sewwieqa tal-kummerċ. Dawk ta’ 18-il sena jkunu jistgħu jsuqu trakkijiet, u ta’ 17-il sena jkunu permessi jsuquhom taħt superviżjoni.

Bħala parti mill-istrateġija “Vision Zero”, li għandha l-għan li telimina l-inċidenti fatali sal-2050, il-bidliet jiffokaw ukoll fuq is-sikurezza ta’ persuni vulnerabbli bħall-mixi, ċiklisti u utenti ta’ e-scooters.

Dawn ir-regoli l-ġodda, mistennija jiġu adottati dalwaqt, huma pass importanti lejn toroq aktar siguri fl-Ewropa.


Emil Calleja Bayliss