IL-BIDU TAT-TIELET ŻODJAKU TA’ GEMINI                                           

Bosta jkunu qed jistennew li jiskopru dwar iż-żodjaku tagħhom għal dan ix-xahar u permezz tal-awtur u spiritwalista Pauljon Aquilina aħna ħa nwasslulkom x'qed jgħid iż-żodjaku li bħalissa jinsab f'Gemini.

Dawk kollha li jixtiequ jisimgħu lil Pauljon iwassal iż-żodjaku ta' dan ix-xahar jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu HAWN. Il-bqija wieħed jista' jsib l-istilla li jaqa' taħtha hu jew il-maħbubin tiegħu hawn taħt. 

ty

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Aries ser ikun il-bidu ta’ prova fejn int issa kapaċi tasal jew twassal dawk l-intenzjonijiet tiegħek.  Issa t-triq tiegħek hija waħda dik tiegħek personali.  Iż-żmien li tiddependi fuq ħaddieħor intemm.  Għalhekk analizza l-futur tiegħek sew. Namaste.

gh

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                               

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Taurus ser inkun sinjal fejn għandha tkun id-direzzjoni tiegħek, jekk mhux aktar lejn l-imħabba jew lejn il-karriera tiegħek.  Dan il-mument kont taf li jrid jasal u kellek tkun imħejji sew għalih.  Wettaq dan b’għaqal. Namaste.

ty

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                             

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik l-istess Gemini huwa dak il- mument li f’dawn l-erba’ ġimgħat li ġejjin taħt l-istess żodjaku tiegħek int trid tgħaraf twettaq dak kollu possibli li int tixtieq.  Issa kull ġurnata għalik hija sfida sabiex isaħħaħ kemm lilek innifsek kif ukoll il-futur tiegħek.  Namaste.

hg

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                             

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Cancer ser iressqek aktar lejn dak li int qiegħed tħoss ġewwa fik fl-imħabba.  Dak li int qiegħed tesperjenza f’din ir-relazzjoni, int issa trid tgħaraf jekk hux vera tħoss dak in-nar li int tant tħobb. Namaste.

yt

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                             

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Leo ser jagħmlek tirriffletti aktar f’dak li sa issa f’dawn l-ewwel xhur irnexxielek u dak li ma rnexxilekx twettaq u għaliex ma wasaltx. Għalhekk f’din il-ġimgħa ser twettaq rifflessjoni profonda sabiex tkun imħejji aktar tajjeb għal dak li hemm ġej.  Namaste.

gh

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                 

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Virgo ser ikun mument li tgħaraf u tanalizza aħjar il-pjanijiet għax-xhur li ġejjin.  Ovvjament trid tgħaraf issib bilanċ bejn il-karriera u l-ħin personali tiegħek.  Żgur qiegħed tħoss li l-ħin għalik naqas u għalhekk ħejji lilek innifsek b’mod aħjar  Namaste.

gf

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                     

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Libra huwa l-mument idejali li tadatta skeda ġdida u dan sabiex int tkun tista’ tqassam aħjar il-ħidma tiegħek.  Int qiegħed tgħaraf li din kull ma tmur qegħda tevolvi u għalhekk sabiex ma titlifx il-kontroll wettaq skeda idejali għalik.  Namaste.

fg

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                               

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Scorpio huwa mument idejali sabiex tgħaraf aħjar il-qagħda finanzjarja tiegħek.  Dan huwa tajjeb sabiex fejn int qiegħed żbilanċjat int tilħaq tħejji u tirranġa ċerta tibdil fl-infieq tiegħek.  Dan żgur ippoġik lejn stabbilta’ għal futur aħjar. Namaste.

jh

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                     

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Sagittarius ser ikun qiegħed ippoġik f’qagħda aħjar fir-relazzjoni tiegħek.  Dan għandu jkun dak il-mument fejn int għandek tkompli tkattar din l-imħabba sabiex ovvjament deċiżjonijiet oħrajn li ser ikollok twettaq ikunu mwettqa b’mod aktar trankwill. Namaste.

hj

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                           

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Capricorn huwa l-waqt idejali għal dik id-deċiżjoni li tant ilek sabiex twettaq, dik tal-bidla tad-dar.  Issa huwa dak il-mument idejali sabiex twettaq din il-ħolma tiegħek fejn grazzi għal dan ħajtek ser tieħu nifs ġdid. Namaste.

nb

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                         

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Aquarius huwa mument li terġa tibda tgħaraf dik il-ħbiberija li int kellek ma’ ħabib li sfortunatament minħabba taqlib li kien hemm fil-ħajja ta’ madwarek din il-ħbiberija kellha tintemm.  Issa għandek iċ-ċans li terġa tagħqqad dan mill-ġdid.  Namaste.

hj

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                 

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Pisces huwa l-waqt li tgħaraf aħjar dak li int għandek.  Issa trid tanalizza l-qagħda tal-madwar tiegħek b’mod aktar responsabbli.  Ovvjament trid tgħaraf li l-ħajja ta’ madwarek inbidlet u għalhekk issa trid tgħaraf aħjar kif ser timxi l-quddiem.  Namaste.

yt


Gwida.mt