Ftit tal-ħin ilu ġiet operata Tina, l-kelba li waslet għand l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati ftit tal-jiem ilu. Il-kelba li għandha madwar 11-il sena kienet xi ftit mifxula u mitlufa meta waslet is-santwarju.

Tina nstab li kellha żewġ boċċoċ taħt idha u rriżulta li kellha bżonn tiġi operata biex jitneħħewlha. L-Assoċjazzjoni qalet ukoll li waqt li tkun taħt l-effett tal-lopju kellhom jagħtuha kura għal snienha wkoll.

L-Assoċjazzjoni llum ħabbret li l-proċedura saritilha b’suċċess. Huma rringrazzjaw lil dawk kollha li juru s-sapport tagħhom lejn l-Assoċjazzjoni.

Facebook / Association for Abbandoned Animals


Sarah  Cassar Dymond