Illum l-MP u preżentatriċi Claudette Buttigieg kellha xewqat sbieħ x'tgħaddi lil persuna speċjali f'ħajjitha, li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Din mhi ħadd ħlief żewġha David.
Claudette u David ilhom miżżewġin 20 sena, fil-fatt f'April li għadda ċċelebraw dan l-20 anniversarju minn din il-ġurnata speċjali. Illum ukoll xtaqet tesprimi l-imħabba tagħha lejn żewġha f'dan il-jum speċjali.
"Awguri f'għeluq sninu lill-blata tiegħi, lil żewġi u lill-akbar ħabib tiegħi. Inħobbok." Claudette xerrdet ritratt mill-isbaħ tagħhom it-tnejn miġbud mill-fotografu Ivan Debattista.
Awguri David!