Fuq il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni għadu kemm ġie miktub li l-MCCAA qed titlob lura diversi żraben li huma mibjugħin minn Shein u Temu b’total ta’ ħames żraben speċifiċi.

Dan għaliex testijiet li saru fuq iż-żraben urew li ċertu kimiċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-ġisem meta jiġu użati b’mod eċċessiv, filfatt kienu qed jiġu użati b’mod eċċessiv fil-produzzjoni ta’ dawn iż-żraben u għalhekk kienu qabżu l-limitu legali ta’ kemm suppost tuża minn dawn il-kimiċi. Huma spjegaw li dawn il-kimiċi huma normali li jintużaw f’ċerti prodotti minħabba li jżidu l-kulur u jgħinu l-materjal ikun iżjed flessibbli, iżda ma jistgħux ikunu użati b’mod eċċessiv li jista’ jaffettwa s-saħħa tal-bniedem.

Importanti li jekk għandkom il-prodotti f’dawn ir-ritratti, tirritornawhom lura minħabba potenzjal ta' riskju lejn is-saħħa.

Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni


Gabriella Borg