Tomiko Itooka hija l-mara Ġappuniża li ġiet rikonoxxuta għall-ixjaħ persuna tad-dinja mill-Guinness World Record li issa mietet ta' 116-il sena. 

Hi mietet ġewaa home f'Ashyia, Hyogo Prefecture, skont l-uffiċċjali. Itooka ġiet magħrufa bħala bħala l-ixjaħ persuna wara l-mewt tal-Ispanjola Maria Branyas Morrera, f'Awwissu 2024 ta' 117-il sena. Is-sindku stqarr xi kliem dwar Itooka wara l-mewt tagħha: "Ms Itooka tatna l-kuraġġ u t-tama tul ħajjitha kollha" kif ukoll "Nirringrazzjawha għal kollox". 

Itooka twieldet f'Mejju tal-1908, sitt snin qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Hi ġiet vverifikat bħala l-ixjaħ persuna minn Settembru tal-2024 u tawha wkoll ċertifika għar-rispett ta' kemm għandha żmien. 

Itooka wkoll hija waħda mit-tliet aħwa li għandha, kif ukoll hija żżewwġet ta' 20 sena u għandha żewġt ibniet u żewġ subien. 

Il-funeral tagħha ġie ċċelebrat minn bosta, speċjalment mill-familja tagħha!


Prisiah Schembri Fava