Fuq il-paġna uffiċjali tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906, huma jiktbu, "fl-għodwa tal-Patrun, is-7 ta' Awwissu, l-Għid ta' San Gejtanu. Illum fl-okkażjoni ta' din il-ġurntata qed nippreżentawlkom il-cartoons San Gaetano Thiene bil-lingwa Maltija."
Huma jkomplu, "Illum il-ġurnata t-teatini jagħtu s-servizzi tagħhom fil-knejjes, fl-iskejjel, filwaqt li jkunu ta’ għajnuna għall-persuni li għaddejjin minn diffikultajiet varji kemm personali u kemm soċjali, u dan kollu dejjem skond il-vokazzjoni li kellu San Gaetano Thiene."
Tajjeb li ngħidu li f'dan il-proġett ħadu sehem diversi atturi rinomati u anke nies li huma midħla tal-Każin San Gejtanu stess. Dan il-cartoons sar mill-ordni tat-teatini li din is-sena qed tiċċelebra il-500 sena mit-twaqqif tagħha u wara li ntalbu l-permessi meħtieġa dan ġie reprodott.
Fost in-nies li ħadu sehem fih, Tanya Agius Borg, Kurt Harmsworth, Charlie Borg, Rita Camilleri, Lincoln Agius, Ruth Portelli, Mark Monseigneur, John Vassallo, Kevin Taliana, Joe Cini, Victor Vella, Marie-Clare Sammut, Gerald Magri, Dr Pierre Hili, Shawn Ciantar, Nigel Vella, Jean Didier Dimech.
Il-proġett għandu kitba ta’ Teresa Llach, tradott għall-Malti minn Tanya Agius Borg, solverjat minn Nigel Vella, u rrekordjat minn Marie-Clare Sammut. Proġett li hu riprodott lokalment mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD1906 u SEVEN8 Creative Troupe.
Facebook / Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 Paġna Uffiċjali