Lura f’Marzu, il-mara b’qalb tad-deheb Christa Cilia qasmet ftit ritratti u informazzjoni dwar kelb ħelu li sfortunatament kienet għadha kif sabet jiġri barra, kważi qisu skeletru.

Hi kitbet, “Semmejnieh Nenu. Qbadna u morna għand il-vet, fejn Dr. Christa qaltilna li kien anemic, dehydrated, pożittiv għall-erlichia, u għandu heart murmur ukoll. It-test tad-demm ħareġ tajjeb u bdejna l-kura llum stess. Nenu ma nimmaġinax li kellu ħafna aktar ħajja barra fl-istat li qiegħed fih, kien se jmut bil-ġuħ.”


Illum, erba' xhur wara dan il-kliem, Christa Cilia qasmet ritratt ġdid ta’ Nenu fuq il-paġna tagħha ta' Facebook fejn kważi lanqas jintgħaraf għaliex jidher li għandu saħħa fiżika ħafna aħjar u għandu tbissima kbira li ma kinitx hemm qabel.


Kemm hi xi ħaġa sabiħa li turi l-imħabba lill-annimali. Dawn ma jistgħux jitkellmu għalihom infushom u għandhom bżonn lilna biex nieħdu ħsiebhom kif jixirqilhom. F’dan il-każ, l-imħabba salvat il-ħajja ta’ dan il-kelb.

Facebook/ Christa Cilia


Gabriella Borg