Jason Grech, l-istilista Malti fl-Awstralja jinsab għal darb'oħra taħt lockdown dan minħabba l-post fejn jgħix hu hemm numru ta' każijiet ġodda u l-gvern iddeċieda li jsejjaħ lockdown mill-ġdid sabiex il-firxa tal-Covid-19 ma tkomplix tinfirex.

L-istilista Malti ċċelebra għeluq sninu u fuq il-midja soċjali kiteb, "Grazzi lil kull min sab il-ħin mill-ġurnata tiegħu biex jawgurali f'għeluq snini. Ma ħassejtnix waħdi fl-iżolament minħabba fikom."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Jason l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu u nittamaw li s-sitwazzjoni fejn jgħix fl-Awstralja titjieb sabiex titneħħa l-miżura imposta tal-lockdown. Awguri Jason.

Facebook / Jason Grech


Emil Calleja Bayliss