L-omosesswalità hija llegali fil-Qatar, tant li persuni omosesswali jiġu arrestati u anke msawwta minħabba dan.  

It-tim tal-Istati Uniti ddeċidew li jinjoraw il-fatt li l-omosesswalità hija llegali u ddeċidew li juru s-sapport lejn il-komunità LGBTQ+ waqt li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-World Cup ġewwa l-Qatar.

Dawn biddlu l-kuluri tal-arma tagħhom għall-kuluri tal-bandiera tal-LGBTQ+ bħala ġest ta’ solidarjetà ma’ dawn il-persuni. Din l-arma bil-kuluri tal-bandiera mhix se tkun fuq il-kits li l-players jużaw biex jilagħbu l-futbol imma se tkun tidher fuq postijiet bħall-faċilitajiet li jittrenjaw fihom il-players u l-lukanda li jkunu qed joqogħdu fiha.  

usa


Henzley  Bezzina