Aktar kmieni llum ġie mħabbar mill-Ministru Fearne li dawk l-istabbilimenti li ser jaċċettaw nies imlaqqma biss se jgawdu minn tnaqqis ta’ miżuri relatati mal-Covid-19.

L-għaqda South End Core argumentat li minħabba l-fatt li fl-istadiums ta’ Malta jistgħu jidħlu biss nies imlaqqma, għandu wkoll ikun hemm tnaqqis ta’ miżuri. Dawn ħarġu b’żewġ proposti, fejn l-ewwel proposta tgħid biex dawk li jattendu għal-logħob tal-futbol ikunu jistgħu jneħħu l-maskri la huma mlaqqma u biex f’kull sezzjoni tal-ground nazzjonali ta’ Ta’ Qali jibdew jidħu minn 1,000 sa 1,500 spettatur. F’grounds oħra għandhom jidħlu nies skont l-ammont li jesgħu biex imbagħad jibdew jopera b’50% ta’ kemm jifilħu nies.

Facebook / South End Core


Henzley  Bezzina