L-isptarijiet ġewwa l-Ingilterra ġew avżati biex ikunu preparati biex jibdew jużaw il-vaċċin kontra l-Covid-19 fi żmien għaxart ijiem. Jidher li skont kif irrappurtaw The Guardian ħaddiema mill-NHS se jkunu fuq ta' quddiem biex jitlaqmu mill-istess vaċċin.

"Il-konsulenti tal-gvern li jiddeċiedu liema gruppi għandhom jingħataw prijorità, qalu li l-anzjani fid-djar tal-kura u l-istaff tagħhom għandhom ikunu fuq nett tal-lista. Hija qalet li kull min għandu aktar minn 80 sena u dawk kollha li jaħdmu fis-saħħa u l-kura soċjali kienu t-tieni prijorità. Public Health England tenniet il-lista ta' prijoritajiet fil-linji gwida għall-NHS nhar il-Ġimgħa." 

Is-sit jirrapporta wkoll li kelliema mill-isptarijiet qalu li l-vaċċin Pfizer jista' jasal biss f'post wieħed u ma jistax jerġa' jittieħed minn bini għall-ieħor. Fil-fatt dan il-vaċċin għandu 5t ijiem ħajja.

AQRA AKTAR għal aktar tagħrif.

Instagram/ Pfizer


Kyle Zarb