Il-paġna uffiċjali tal-Isptar Mater Dei għamlitha ċara fuq il-mezzi soċjali, “L-Isptar Mater Dei jiċħad kategorikament li ġew imneħħija xi slaleb jew xi simboli reliġjużi minn xi swali fl-Isptar.”
Huma jkomplu, “Din l-ispekulazzjoni qarrieqa diġà kienet tqajmet numru ta’ xhur ilu u saret biss biex titfa dell ikraħ fuq il-professjonisti u l-amministrazzjoni f’Mater Dei.”
Fuq il-paġna infatti jispjegaw, “Slaleb jew simboli reliġjużi oħra jiġu mneħħija biss meta jkun għaddej xogħol ta’ manutenzzjoni li jerġgħu jitpoġġew lura la darba jitlestew dawn ix-xogħlijiet.”
Tajjeb li jagħmlu dan il-punt ċar ma’ kulħadd. Minkejja li llum pajjiżna għandu aktar diversità, xorta waħda l-maġġoranza tal-poplu Malti huwa Kattoliku.
Facebook / Mater Dei Hospital