Reġa' wasal it-Tnejn, u ħafna jkunu qed jistennew il-famuża sensiela NOLI. Illum nagħtu bidu għal każ ġdid, fejn fost il-karattri li ser naraw hemm l-attriċi Rita Camilleri. Rita, li narawha wkoll waqt is-sensiela Sorelle. 

"Fost l-konfużjoni li ħoloq l-każ li marbuta miegħu l-Ispettur Sacco, illum niltaqgħu mal-familja Sultana. L-iskwadra tagħna għandhom kemmxejn fuq idejhom!"

Fl-aħħar sigħat il-paġna ta' NOLI fakkru wkoll ftit dak li ġara l-ġimgħa l-oħra, u jqanqlu kurżità dwar x'ser ikunu r-riperkussjonijiet wara d-deċiżjoni li ħa Benji biex jgħin lil George. X'taħsbu li jmiss għal George?

NOLI, illejla fuq TVM wara l-aħbarijiet tat-20:00


Kyle Zarb