L-iskola Primarja ta’ Birkirkara għadhom kif kellhom il-finali tal-‘league’ tal-futbol li tant ħadmu bi ħġarhom għaliha. Fil-filmat nistgħu naraw l-istaff u l-istudenti b’tant entużjażmu għal din il-kompetizzjoni. Iżda din ma kinitx sempliċiment kompetizzjoni, kienet attivita’ li tipromwovi l-inklużjoni, l-għaqda u anke l-kuntentizza ta’ dawn it-tfal, kif tassew għandu jkun.

Din l-attività żgur li ma kinitx faċli sabiex tittella’, speċjalment fi skola b’daqstant studenti. Iżda nistgħu naraw li r-riżultat kien mill-aqwa. Ħadu sehem l-istudenti tar-raba’, tal-ħames u kif ukoll tas-sitt sena. Proset tassew lis-Surmast Ainsley Cassar, li tajjeb ngħidu, li din hija l-ewwel sena biss tiegħu bħala surmast, l-assistenti kapijiet u kif ukoll l-edukaturi kollha li kienu involuti f’din l-attività.

Żgur li dawn iċ-ċkejknin ma jinsew qatt dak kollu li jsir magħhom b’tant imħabba u b’dedikazzjoni! Agħfas hawn għall-filmat.


Maria Spiteri