Il-migrazzjoni tal-insetti hija fenomenu importanti li jseħħ globalment, u l-Gżejjer Maltin, minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom, huma punt kruċjali għal ħafna speċi li jivvjaġġaw bejn l-Afrika u l-Ewropa.
Riċentement, b’riħ qawwi ġej mil-Libja u reġjuni oħra tal-Afrika ta’ Fuq, kien hemm numru kbir ta’ insetti migratorji. L-insetti jistgħu jemigraw fuq distanzi twal għal diversi raġunijiet, inklużi bidliet fil-klima, nuqqas ta’ ikel, jew pressjoni minn predaturi.

F’Malta, l-insetti migratorji jiġu osservati l-aktar fir-rebbiegħa u fil-ħarifa, peress li dawn huma l-istaġuni meta ħafna insetti jkunu qed jiċċaqalqu bejn l-Ewropa u l-Afrika.
Fi studji ppubblikati fl-2007, 2012, 2014 u 2018, Arnold Sciberras iddokumenta ħafna speċi, u din is-sena kien fenomenu ieħor. Il-preżenza f'Malta ta’ speċi magħrufa bħala Sultan dehbi f’Malta kienet fenomenali matul dawn il-perjodi ta’ migrazzjoni intensiva.

Numru sinifikanti ta' din l-ispeċi tfaċċa wara dawn l-irjiħat, li ġabu insetti minn reġjuni aktar 'l isfel. L-osservazzjonijiet jissuġġerixxu li din tista’ tkun speċi relatata ma’ insetti migratorji oħra bħal ċerti friefet, baħrijiet, ġurati, ħanfus u anke wirdien.
Bħalissa għaddej studju minn Arnold Sciberras, Jeffrey Sciberras, Michael Sammut u Jonathan Agius fuq l-aħħar passa riċenti.Ir-riċerkaturi japprezzaw kwalunkwe informazzjoni oħra li jirċievu.
