Matul l-erbgħa u għoxrin-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser jitkellmu dwar il-Voynich Manuscript. Il-Voynich Manuscript, wieħed mill-aktar kotba misterjużi fl-istroja. Ktieb ta’ madwar 240 paġna li jinkludi diversi llustrazzjonijiet strambi bħal ngħidu aħna pjanti li għadhom ma ġewx identifikati, simboli astroloġiċi u ħafna aktar.
Jeżistu diversi teoriji dwar dan il-ktieb misterjuż fosthom li jista’ jkun li l-kitba kkodifikata f’dan il-ktieb qed taħbi xi informazzjoni sigrieta. Il-mistieden fil-programm se jkun il-Professur John Abela li jgħallem fil-Fakultà tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Kommunikazzjoni fl-Università ta' Malta. Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut l-Erbgħa fis-19:00 u l-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, kif ukoll il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM.
Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġà xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967 L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ Flash Productions.