Żewġ partiti li żgur interessaw ħafna lill-partitarji tal-futbol illum huma Ingilterra kontra Iran u Senegal kontra Olanda.

It-tim Ingliż u dak Olandiż kisbu l-ewwel tlett punti fil-gruppi rispettivi tagħhom. L-Ingilterra kienu involuti f’partita fejn rajna tmien gowls, fejn l-Ingliżi rebħu bl-iskor ta’ 6-2, grazzi għal gowls minn Jude Bellingham, Bukayo Saka, Raheem Sterling, Marcus Rashford u Jack Grealish.

F’partita aktar bilanċjata, is-Senegal irnexxielhom iżommu lill-Olandiżi sal-84 minuta, qabel ma ġew skorjati żewġ gowls minn Cody Gakpo u Davy Klassen biex b’hekk l-Olanda rnexxielha tegħleb lis-Senegal bl-iskor ta’ 0-2.


Henzley  Bezzina