Il-gvern Ingliż ħabbar li r-regoli tal-Covid-19 għandhom jiġu mħarsa għal erba’ ġimgħat oħra wara l-‘lockdown’ li kellu jieqaf fil-21 ta’ Ġunju. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li se ssir illum filgħaxija, il-Prim Ministru Boris Johnson għandu jikkonferma dan id-dewmien.

Wara l-21 ta’ Ġunju, l-Ingilterra kellhom jagħtu l-permess li jsiru avvenimenti mingħajr limitu ta’ nies. Dan il-pjan għalissa se jkollu jitwaqqaf għax ix-xjentisti ssuġġerew li minħabba ż-żieda tal-varjant Delta, ikun aħjar jekk jistennew sakemm iktar persuni jkunu mlaqqma kompletament.

Dan il-varjant qiegħed jaħkem lil dawk li jkunu għadhom ma ħadux il-vaċċin jew ħadu l-ewwel doża biss. Matul l-erba’ ġimgħat kapaċi jiġu mlaqqma madwar għaxar miljun persuna bit-tieni doża biex l-avvenimenti bla limitu ta’ nies isiru b’iktar sigurtà.


Shanice Ahar