Filwaqt li l-edukazzjoni dwar is-sess u l-funizjoniet sesswali qegħdin ikomplu jiżdiedu, huwa essenzjali li niftakru kif l-edukazzjoni tista’ tgħinna nifhmu aħjar dawn il-kunċetti. Il-Psikologu Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi tiegħu fil-paġna tiegħu ta’ Facebook, artiklu li kiteb 10 snin ilu fuq Illum, l-importanza li nifhmu x’inhu sesswologu u x’inhuma l-problemi sesswali.

Skontu, “Għalkemm ir-riċerka turi li l-problemi sesswali huma komuni kemm fin-nisa u anke fl-irġiel, b’persentaġġ ta’ 43% u 31% rispettivament, huwa suġġett li, kif għedt diġa', ħafna nies iħossuhom imbarazzati jitkellmu dwaru u wisq aktar li jfittxu l-għajnuna. Fortunatament, ħafna każijiet ta' problemi sesswali jistgħu jiġu megħluba kemm bit-terapija psiko-sessoloġika u/jew dik medika”. Ikompli billi jagħti l-parir illi “Għaldaqstant, huwa importanti li jekk inti għaddej minn xi sitwazzjoni simili, ninkoraġġik biex titkellem mal-partner tiegħek u/jew xi professjonist tal-fiduċja tiegħek fuq dak li inti qed tħoss.”

 

Fuq il-parir ta’ Dr Briffa nistgħu nikkonkludu li l-kuxjenza dwar is-sess u l-funzjonijiet sesswali hija essenzjali għal relazzjonijiet b’saħħithom. Għalhekk, inħeġġu lil kulħadd biex jaqra l-artiklu ta’ Dr Briffa ħalli jifhem aktar il-kunċetti.

Facebook / Dr Nicholas Briffa 


Prisiah Schembri Fava