Il-kunċert ta’ Robbie Williams u d-diskors tiegħu dwar is-saħħa mentali ispirat lil ħafna, fosthom lill-membru parlamentari Alex Borg. F’kitba fuq il-midja soċjali tiegħu, tkellem dwar ir-realtà attwali fejn għalkemm ħafna nies juru li qegħdin f’sitwazzjoni tajba, fil-verità ma jkunux.

“L-importanti kif aħna minn ġew, li nitkellmu, li wieħed ma jistħix u li minn naħa l-oħra nisimgħu, ma nimbarrazawx, ma noħolqux stigma, li naċċettaw il-mument, iċ-ċirkostanzi u il-pressjonijiet tal-persuna, li kliemna inqisuh... Però li fuq kollox infittxu l-għajnuna li hemm bżonn. Nibżgħu għal xulxin. Nitkellmu” spiċċa billi qal Borg.

 


Nicole Zammit