Fil-ġimgħat li ġejjien kellna ċ-ċans li nitkellmu ma' Mark Laurence ta' Xarabank u kellna ċ-ċans li nistaqsuh jekk iħossx li n-nies huma krudili miegħu. Hu qalilna, "L-akbar inkwiet ta’ xi ħadd li jaħdem fil-komunikazzjoni, fil-midja jew jagħmel ix-xogħol li nagħmlu aħna, mhuhiex li n-nies joboduk imma li n-nies ma jagħtux kasek."

"Aħna dejjem hekk ngħidu, f’Xarabank l-importanti li n-nies jekk iħobbuna tajjeb jew joboduna tajjeb ukoll. L-agħar jekk jiġu, jaqgħu, u jqumu minna. L-agħar jekk ma jħossu xejn lejn il-programm. Nippreferu li jħossu mibgħeda jew rabja milli ma jħossu xejn. Għax meta ma jħossu xejn jitilqu u ma jibqgħux jagħtu kasna."

"Allura l-hate comments għalija, f’dan is-sens huma privileġġ. Għax hu privileġġ li xi ħadd waqqaf ħajtu u qed jisma’ x’għandek xi tgħid inti. Għax inti trid tqis li aħna qegħdin fuq it-TV u qegħdin nikkompetu ma' ħafna ilħna oħra. Xi ħadd li qiegħed id-dar u qed jara Xarabank għandu ħafna affarijiet itellfuh. Hu privileġġ kbir li xi ħadd iwaqqaf ħajtu biex jisma’ x’għandek xi tgħid inti. Anke jekk wara li jisimek jitfagħlek hate comment."

"Għalija l-hate comments ma narahomx krudeltà, għalija hu mod kif in-nies jgħiduli qed nagħti kasek. Dan hu privileġġ li qatt ma rrid nieħu for granted għax hawn ħafna nies li jixtiequ lil xi ħadd jismagħhom u ma jismagħhomx. Il-hate comments għalija tfisser li jkunu qed jisimgħuk."

X'taħsbu minn dak li qed jgħid Mark? Taqblu miegħu jew għandkom opinjoni kompletament differenti? Nieħdu gost nisimgħu l-kummenti tagħkom dwar dan!


Emil Calleja Bayliss