Ħafna minnkom tafu kemm il-ġurnata tat-tieġ minbarra hi l-isbaħ ġurnata f'ħajtek, iġġib magħha ammont kbir ta' eċitament, ġenn, inkwiet u tensjoni. L-aqwa mument hu meta jkun mar kollox kif pjanat! 

Iż-żeffien Warren Bonello fl-aħħar kważi waslitlu dik il-ġurnata li tant ilu jistenna b'ħerqa, dik meta jiżżewweġ lill-maħbuba tiegħu! "Bħal-lum ġimgħa se jkun għadda kollox - il-quddiesa, ir-riċeviment, il-pressjoni li jkollna kollox sew u li niżguraw li jkollna kollox f’postu. Ir-regoli kollha, il-preparazzjonijiet kollha u l-konfermi kollha."

Warren jikteb lill-maħbuba tiegħu li dakinhar irid li jkunu ħin kollu maġenb xulxin, u jgawdu kull mument flimkien. "L-importanti għalija hu li ngawdi u ngħożż il-ġurnata kollha mill-bidu sal-aħħar bik ħdejja. Mal-familji tagħna u ħbieb tal-qalb. Ejja minn hemm! Sebat ijiem oħra!"

Warren xerred diversi ritratti ħelwin ukoll tal-okkażjoni fejn tidher biċ-ċar l-imħabba u l-armonija ta' bejniethom! Awguri mill-qalb! 


Kyle Zarb