Fuq intervista minn Owen Bonnici li kellu fuq il-programm Prime Time, John Bundy tkellem fuq il-ġurnata tat-tieġ tat-tifla tiegħu Samira, li issa ilha li saret madwar tliet snin ilu.

Hu qal li hu probabbilment kien l-iżjed persuna emozzjonat dakinhar, speċjalment fil-knisja, fejn jgħid li kien l-iżjed post li beka.

“Il-mixja mill-bieb tal-knisja sal-artal kienet l-iktar mixja diffiċli li qatt kelli f’ħajti.” Iżda fl-istess ħin, Bundy spjega ruħu: hu mhux għax ma kiex kuntent għal bintu, imma tant hu u Samira għandhom relazzjoni b’saħħitha bħala missier u bint li għalieh kienet wisq.

Filfatt, Bundy jgħid kif meta Samira kienet tfajla, tant kellhom relazzjoni tajba li kienu anke jmorru jiddevertu Paceville flimkien waqt li ommha kienet tkun xogħol.

Hu jkompli jżid kif issa kważi qatt ma jmur fil-kamra tagħha li kellha qabel iżżewġet u telqet mid-dar. Dan għaliex il-kamra issa vojta u ma fadal xejn fiha. Meta jidħol u jaraha vojta tqabbdu ħlewwa ta’ qalb.

OnePlay/eurovisionfest


Nicole Barbara