Fuq il-paġna ‘The Malta Records’ ġie żvelat record nazzjonali ġdid li nkiser waqt l-attivita’ Natalis Notabilis. Dan jinvolvi l-iktar borma tal-mulled wine.

Fuq il-paġna ġie miktub, “Ftit tal-ħin ilu, waqt l-attività Natalis Notabilis ġewwa r-Rabat Malta, The Malta Records bi pjaċir ippreżentajna rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-ikbar borma tal-mulled wine b'għoli ta' 70cm, dijametru ta' 77cm u tesa' 300 litru. Prosit lil James Aquilina, magħruf għall-cocktails f'pajjiżna, għal dan l-unur grandjuż.”

Nawguraw lil kull persuna li għamlet ħilitha biex jinkiser dan ir-rekord ġdid u eċċitanti, li jgħinna wkoll nidħlu iżjed fl-ispirtu tal-Milied!

Facebook / The Malta Records


Gabriella Borg