Wara r-riżultati tal-elezzjonijiet leġiżlattivi li saru llum, ġie magħruf li l-Iżlanda uffiċjalment ġiet l-ewwel pajjiż Ewropew b’maġġoranza ta’ nisa fil-parlament!
Ir-riżultat tal-elezzjoni fisser li 33 siġġu mit-63 li jiffurmaw il-Parlament tal-Iżlanda, se jkunu okkupati minn Membri Parlamentari nisa. B’mod aktar sempliċi, dan ifisser li 52.3% tas-siġġijiet huma okkupati minn nisa.
Skont informazzjoni li ħarġet mill-Bank Dinji, apparti l-Iżlanda m’hawn ebda pajjiż ieħor fl-Ewropa b’maġġoranza ta’ nisa fil-parlament. Wara l-Parlament Iżlandiż, hemm dak tal-Iżvezja li wkoll għandu ammont kbir ta’ rappreżentanti femminili fil-parlament. B'kollox, il-parlament tal-Iżvezja għandu 47% tas-siġġijiet okkupati minn nisa.