Il-festival l-Għanja tal-Poplu ilu jsir għal dawn l-aħħar 42 sena u tul iż-żmien bosta awturi, kompożituri, kantanti u bands lokali ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Tul is-snin, il-kanzunetti esploraw diversi temi, kemm fuq bażi personali u wkoll, fuq bażi nazzjonali u internazzjnali. Il-festival dejjem fittex kanzunetti li jolqtu l-gosti tal-poplu, fl-aħħar mill-aħħar b’hekk jismu L-Għanja tal-Poplu.

Bla ma neħħu l-mertu tal-kanzunetti rebbieħa tul is-snin, hawn għażilna għaxar kanzunetti li għamlu suċċess enormi mhux biss meta rebħu imma ħafna minnhom għadna nisimgħuhom sal-ġurnata tal-lum.

Naħseb l-ewwel waħda fil-lista, mhux biss talli tindaqq fuq ir-radju imma wkoll it-titlu tagħha daħal bħala espressjoni f’ilsienna. Naħseb mhux l-ewwel darba smajtu lil xi ħadd jgħid, “ara vera pajjiż tal-Mickey Mouse!”

1995 – Pajjiż Tal-Mickey Mouse – John Bundy

1996 – Allerġija Għall-Bnedmin – Mark Tonna

1997 – It-Tijatru – Enzo Gusman

1998 – Kemm Jien Beżżul – Philip Vella

2000 – It-Tfal Ta’ Llum – Glen Vella & Eleanor Cassar

2001 – Tisimgħu Tisaħħar – Il-Budaj u Priscilla Psaila

2004 – Wellidni – Ina Robinich

2005 – Żewġ Qagħqiet – Julie Pomorski

2009 – Tal-Aħħar – Corazon & Walter Micallef

2014 - Jien Ma Naħdimx – Karen DeBattista

Kif wieħed jista’ jara, dawn il-kanzunetti jvarjaw minn dawk umorstiċi għal oħrajn b’temi serji li jqanqlu diskussjoni, uħud minnhom li għad għandhom relevanza sal-ġurnata tal-lum. Għandek xi favurit minn dawn ir-rebbieħa u kont taf li ħarġu mill-festival l-Għanja tal-Poplu.

Hemm xi kanzunetta mir-rebbieħa ta’ dal-festival, li jgħaddu kemm jgħaddu snin minnha tibqa’ tieħu gost biha jew tnissilek xi emozzjoni partikolari? Nieħdu gost nisimgħu mingħandek.

Facebook / L-Għanja Tal-Poplu


Emil Calleja Bayliss