L-għana huwa ġeneru tal-mużika Maltija maħbub minn ħafna nies u ta’ spiss isiru attivitajiet minn għaqdiet differenti li t-tema tagħhom tkun l-għana.

Il-bieraħ f’Ħal Għaxaq ittellgħet serata tal-għana minn Festivals Malta ma’ Għaxaq Boċċi Klabb, li din skont il-Ministru Bonnici attirat udjenza verament sabiħa. Il-Ministru qal li “il-pass tal-bieraħ hu wieħed minn oħrajn li se nieħdu bħala parti mill-proġett ‘Ritmu fil-komunità’”.

Huwa jżid “determinati li nsaħħu t-tradizzjonijiet kulturali Maltin li jiddistingwuna bħala ġens rikk fit-talent fid-diversi ġeneri artistiċi.”


Henzley  Bezzina