Il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qasmet għadd ta’ ritratti fuq Facebook li fihom jidhru l-kappillani minn lokalitajiet differenti li attendew għal-live in li ser idum sa nhar l-Erbgħa.  F’dan il-live in, li jsir b’mod annwali, jiġi organizzat it-talb kif ukoll jiġu diskussi diversi realtajiet pastorali.

Huma kitbu li, “l-għan tal-live-in ta' din is-sena hu li jesploraw kif jistgħu jkunu iktar inklussivi fi kliemhom u fl-atteġġjament tagħhom ma' kull min hu involut jew imiss mal-Knisja, inkluż ma' ħuthom is-saċerdoti. 

Żgur mhux forsi li ħafna jaqblu mal-importanza ta’ din il-laqgħa mal-mexxejja tal-kelma tal-Knisja għaliex l-inklużjoni f’ċertu komunitajiet hija limitata.  Tajjeb li min hu rappreżentant tal-Knisja jħaddan il-valuri tagħha li jixhdu bibien miftuħa għal kulħadd!


Marija Bellia