Jumejn ilu l-korjografu u direttur ta' YADA Dance Company Felix Busuttil ħabbar fuq il-midja soċjali li daħal l-isptar. Bla ebda dubju s-sapport u xewqat ta' fejqan mill-pubbliku beda jidher minnufih. Fil-fatt Felix kien ħeġġeġ lis-segwaċi biex jitolbu għalih u wera l-apprezzament tiegħu lejn dawk kollha li kienu hemm għalih, fosthom iż-żeffiena sħabu u l-istudenti tiegħu.

Illum Felix jidher li jinsab aħjar, hekk kif qal li l-kundizzjoni tiegħu sejra 'l quddiem, minkejja l-fatt li ma jaf x'ġara eżatt. "Kemm jien kburi tal-professjonalita' mhallta bis-semplici tbissima li tezisti hawn. Grazzi li kontu qribti. L-ghadu donnu qieghed jirtira imma jehtieg li nsir ghalfejn qajjem rixu"

Kuraġġ Felix u nittamaw li tfieq kompletament malajr!


Kyle Zarb