Jumejn wara li l-awtur Joe Julian Farrugia ifakkar data meta kien reġa' sar missier, ilbieraħ huwa kiteb messaġġ għall-għażiża martu Marlene. Marlene iċċelebrat għeluq sninha lbieraħ.
Hu xerred ritratt flimkien ma' martu u kiteb, "L-għada ta' Valentina... Happy Birthday Marlene." Marlene tiġi omm il-preżentatriċi Clara Farrugia, li hi l-bint il-kbira fil-familja Farrugia. Bla dubju kienu bosta li kitbu l-awgurju tagħhom fil-kummenti kif ukoll ikkumplimentaw ir-ritratt li qasam Joe Julian.
Awguri mill-qalb Marlene! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!