Storja iebsa li esperjenzat Miriam kienet meta kellha "korriment fis-silenzju" inqas minn ġimgħatejn qabel għeluq id-19-il sena tagħha.

“Il-korrimenti siekta huma komuni ħafna, sfortunatament,” qalet Miriam emozzjonata. “Ma tiġix offruta ħafna għajnuna. L-isptar għandu t-terapija tal-koppji, imma ovvjament ma stajtx nagħmel dan,” tgħid Miriam.

“L-għada li tlift it-tarbija kelli mmur ix-xogħol,” kompliet hi. “U ma sibtx għajnuna. Kelli xi kummenti li jweġġgħu ħafna. Sempliċement għax mhux ippjanata ma jfissirx li mhux mixtieqa,” tisħaq Miriam.

Miriam tappella anke lin-nisa kollha, u tgħid li m'hemm xejn għalxiex tistħi jkollok kemm ikollok età. It-tfajla tistqarr li, "għadni nibża' sal-lum li terġa' tiġri."

Segwi HAWN

TVMi/ Love Island Malta


Gwida.mt