L-ewwel edizzjoni ta' Big Brother Malta qed tqajjem diversi diskussjonijiet fuq il-mezzi soċjali. Għall-ewwel darba f'dan l-istaġun, l-għażla ta' min se jinħatar Head of House se jkun deċiż permezz ta’ votazzjoni pubblika.

S'issa ġew eliminati kważi nofs il-parteċipanti u b'hekk l-irwol ta’ Head of House, flimkien mal-immunità li ġġib din il-pożizzjoni qed issir dejjem aktar mixtieqa. Gabriel diġà kiseb l-immunità wara li wieġeb telefonata l-Ħadd li għadda, imma issa hemm ċans għal kontestant ieħor jingħaqad miegħu.

Xi nies qed jivvutaw għall-kontestanti favoriti tagħhom, oħrajn jaħsbu li dan l-irwol ta’ HoH għandu jingħata lil xi ħadd li għadu qatt ma kellu din l-opportunità, filwaqt li hemm min qed juża din il-votazzjoni b’mod strateġiku biex iġib tibdil fil-logħba.

Min temmen li għandu jkun il-Head of House li jmiss fid-dar ta' Big Brother?

Facebook / Big Brother Malta


Emil Calleja Bayliss