Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, omm Alejandro Brincat li sfortunatament ħalla din id-dinja llum, qasmet mas-segwaċi tagħha kelmtejn tal-qsim il-qalb.
Hi qalet, “L-għażiż ibni. Kif ħa nġibek lura? Kif qatt nista’ nistabar? Fil-fjur ta’ ħajtek. Għala ma ħax lili l-Mulej? Inħares lejk u nibkik. Ma niflaħiex it-telfa. Ġuvni mimli ħajja u taf tħobb. Passjoni kbira għall- futbol li kellek.”
Żiedet, “Kont bieżel u lit-tfal iżżommhom fuq wiċċ l-idejn. Kemm kont tħobbhom lil dawk iż-żewġ anġli li kienu l-mimmi t’għajnejk. Ibni, nħobbok ħafna. L-għażiż tagħna.“
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu.