Ilna jiem nistennew li din il-maltempata u jidher li qiegħda tassew fil-viċin. Il-paġna It-Temp Madwarna ħarġu twissija 24 siegħa qabel tolqot.

Huma kitbu, "L-ewwel twissija. Ilna madwar ġimgħa nsegwu l-iżvolġiment ta’ sistema ta’ maltemp li bħalissa qed tiżviluppa viċin il-gżira ta’ Sardinja. Maltempata bir-ragħad mistennija minn filgħodu t’għada s-Sibt 26/11."

Huma jżidu, "Minħabba li x’aktarx timxi kemxejn bil-mod huwa possibbli li jkollna ħafna xita fuq tul ta’ ħin li tikkawża l-għargħar fiż-żoni l-baxxi. Minħabba li l-ħin li mistenni dan il-maltemp ħassejna li jkun għaqli li wieħed ikun infurmat minn 24 siegħa qabel. Aktar aġġornamenti jsegwu jekk u meta meħtieġ."

Tajjeb li dak li jkun jaħseb biex jekk għandu xi pjanijiet idawwarhom madwar it-temp u jevita li jinqabad f'nofs il-maltempata.


Emil Calleja Bayliss