Il-plejer tal-Marsa, Leighton Grech li nstab pożittiv għall-Covid-19 ħalla kumment pubbliku fuq il-profil ta' Facebook tiegħu fejn jistqarr li s'issa għaddew sebat ijiem mill-14-il ġurnata. Hu jgħid, "ġimgħa li s'issa ma kinet faċli xejn fejn l-ewwel tlett ijiem kienu iebsin ħafna, sfortunatament is-sintomi tista' tgħid li ħarġuli kollha, dawk it-tlett ijiem għaddew u qbadna dejjem sejrin għall-aħjar, tista' tgħid li qed nħossni lura għan-normal fiżikament."

Leighton jispjega, "L-ikbar weġgħa li sibt ta' dan il-virus hija li trid toqgħod 'il bogħod mill-maħbubin tiegħek speċjalment min binti li għadha ta' ftit xhur. Wisq kiefra li ma tistax tbusha u tgħannaqha miegħek."

Hu jkompli jitkellem kif mingħajr ma trid tispiċċa tapprezza aktar il-ħajja u l-libertà. "Fl-aħħar u l-iktar ħaġa importanti l-familja f'dawn iż-żminijiet taprezza kemm int furtunat li tkun imdawwar b'nies li jħobbuk u lesti jagħmlu minn kollox biex jarawk aħjar. Inħares għall-aħħar sebat ijiem b'ottimiżmu biex nerġa' noħroġ hemm barra u ngawdi il-ħajja!! Kuraġġ!"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlu fejqan ta' malajr u nittamaw li kollox jibqa' għaddej b'rimtu tajjeb.

Facebook / Leighon Grech


Emil Calleja Bayliss