Il-kantanta stilla lokali Ira Losco tefgħet ritratti fuq il-midja soċjali li kellhom bosta reazzjonijiet pożittivi. Dan hekk kif Ira mill-ġdid qed tidher liebsa l-libsa li kellha waqt 7th Wonder lura fil-Eurovision Song Contest 2002.

Ira għamlet dan parti minn kampanja ta' kumpanija lokali li tirriklama l-kmamar tal-banju. "Liebsa l-ilbies ORIĠINALI tiegħi mill-Eurovision 2002, fl-2024 tinħass surreali... l-ewwel ħsieb kien... min jaf kif se tidher fuqi wara tant snin!"

L-ilbies li nistgħu ngħidu ġabilna risq għal pajjiżna fil-Eurovision, hekk kif Ira kienet klassifikat fit-tieni post b'12-il punt biss bogħod mir-rebħa.

Inħossu li tidher eleganti bħal ma dehret dejjem b'dan l-ilbies! Naqblu?!


Kyle Zarb