Matul l-ewwel episodju tal-programm ġdid l-Inspjegabbli ser jiġi diskuss is-suġġett tan-Near-Death Experience. Mhux l-ewwel darba nisimgħu bi stejjer ta’ nies li kienu viċin il-mewt. U stejjer oħra dwar persuni li kienu ikkunsidarti mejtin klinikament għal ftit ħin u regħġu lura.

Jeżistu spjegazzjonijiet xjentifici u mediċi għal dak li jiġri waqt in-near-death experience? L-espert fil-panel se jkun il-Chav. Prof. Renald Blundell. Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll Tracy Cassar, li se tkun qed taqsam l-esperjenza li għaddiet minna mat-telespettaturi.

L-Inspjegabbli huwa programm televiżiv ġdid fuq TVM+ u se jkun qed jieħu forma ta’ doku-diskussjoni għax filwaqt li se jagħti lok għal diskussjoni se jinkludi wkoll diversi filmati interessanti. L-Inspjegabbli jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 fuq TVM+, b’ripetizzjoni fuq TVM.

Bi preżentazzjoni ta’ Kevin Mercieca mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia, dan il-programm se jkun qed joffri xi ħaġa differenti mis-soltu li żgur se tkun qed tqajjem ħafna kurżitá fost it-telespettaturi. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ Flash Productions.


Gwida.mt