Angela Bettoni, mhix isem ġdid. Għamlet suċċessi kbar fit-teatru u f'kull produzzjoni li pparteċipat fiha wriet kunfidenza u talent kbir. Angela din id-darba qed narawha bl-irwol ta' preżentatriċi.

"Dalgħodu jien u Angela Bettoni ġejna mistiedna TVAM biex nitkellmu dwar l-inklużjoni u r-rappreżentanza fuq it-TV lokali. Tkellimna wkoll dwar l-ispettaklu tagħna ta’ kuljum ACTION li jien u Angela Bettoni qed intellgħu kuljum fuq TVM," kiteb Brandon.

Flimkien mal-preżentatur Keith Demicoli Angela flimkien ma' Brandon Terribile tkellmet dwar l-idea ta' ACTION, u dwar l-inklussività kemm fit-teatru kif ukoll f'dan il-każ fuq it-televiżjoni lokali.

Araw x'kunfidenza u determinazzjoni qed turi!


Kyle Zarb