Kif tafu aktar tard dan ix-xahar għal sena oħra ser inkunu qed nagħżlu l-ambaxxattur/ambaxxatriċi/ambaxxaturi li ser jirrappreżentawna. F'Awwissu ħarġet il-lista ta' 14-il kanzunetta li waħda minnhom se tkun qed tirbaħ iċ-ċans li tirrappreżenta lil pajjiżna ġewwa Caja Mágica fil-Madrid, Spanja.
Smajna anke silta minnhom permezz tal-paġni uffiċjali tal-midja soċjali ta' Eurovision Song Malta, u llum ħabbru xi ħaġa oħra. L-ewwel mistiedna speċjali li ser naraw fis-serata finali. Irrappreżentatna fil-Junior Eurovision riċentament, sewwa sew sentejn ilu.
Hekk hu din mhi ħadd ħlief Gaia Gambuzza! Ħerqana biex naraw x'ser tkun qed tagħtina fis-serata.