Wara ħafna żmien ta’ stennija, f’pajjiżna rajna ammont sabiħ ta’ xita li matul Diċembru rajniha minn tal-anqas ftit kuljum f’xi parti jew oħra tal-gżejjer Maltin. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Maltese Islands Weather qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward dan.

Huma qalu, “L-ewwel ġimgħa ta' Diċembru kienet ikkarateriżżata minn ftit xita kuljum f'xi naħa jew oħra tal-Gżejjer Maltin. Għajr għal maltempata bis-silġ iżolata fis-siegħat bikrijin tal-Ħamis 5/12, ma kellnix maltemp qawwi. Kif tistgħu taraw f'din il-lista ta' lokalitajiet u l-ammonti ta' xita minn l-1 ta' Diċembru sa kmieni t-Tnejn 9 ta' Diċembru, il-lokalitajiet Għawdxin u n-naħa ta' fuq ta' Malta kienu l-anqas milquta:”

Għarb - 12.4 mm

Victoria - 9.5 mm

Marsalforn - 9.0 mm

Xewkija - 4.2 mm

Nadur - 10.2 mm

Għ'sielem - 11.3 mm

Mellieħa - 2.9 mm

Buġibba - 4.4 mm

Mġarr - 19.3 mm  

Naxxar - 12.6 mm

Mosta - 13.1 mm

Dingli - 15.5 mm

Pembroke - 14.8 mm

Msida - 31.8 mm 

Sliema - 20.5 mm

Valletta - 25.4 mm

Fgura - 27.0 mm

Żejtun - 22.3 mm

Żabbar - 20.7 mm

Mqabba - 29.8 mm

Siġġiewi - 24.4 mm

Żurrieq - 26.7 mm

M'Xlokk - 14.2 mm.”


Charlton Cefai