Għal ħafna tfal illum kien l-ewwel jum lura l-iskola wara sajf vaganzi fejn ħafna minnhom gawdex u xxallaw kemm felħu. Dan ovvjament kien jivolvi diversi preparamenti għal ġenituri li riedu jiżguraw li kollox jinsab lest sabiex it-tfal jirritornaw għas-sena skolastika li jmiss.

Ninsabu ċerti li kien hemm diversi reazzjonijiet għar-ritorn tat-tfal speċjalment mill-ġenituri li wara sajf sħiħ, kienu ħa jkunu naqa fil-paċi sakemm it-tfal ikunu l-iskola. 

Żgur kien hemm dawk li ferħu u kważi organizzaw festin tal-okkażjoni

Imbagħad ikollok dawk li jibku għax ħa jimmisjaw lit-tfal tagħhom qisu qatt mhu ħa jerġgħu jarawhom

Għal ġenituri li ma jaħdmux jew jaħdmu mid-dar... żgur li apprezzaw il-kwiet

Dejjem issib dawk li jispiċċaw ipaċpċu barra l-iskola u malajr jgħaddi l-ħin li jkunu biex waslu biex joħorġu t-tfal!

Dejjem issib dawk li jmorru jagħmlu l-qadi li ma għamlux f'sajf sħiħ!

Imbagħad ikollok lil min ikollu paniku sħiħ minħabba t-traffiku!

Int taf lil xi missier jew omm bħal dawn... jew inkella int stess? Jekk kellek xi reazzjoni differenti għidilna wkoll... Ngħiduha kif inhi ħafna ġenituri għalihom kienet ġurnata normali fejn waslu lit-tfal l-iskola, jew stennew it-trasport jiġi għalihom imbagħad daħlu xogħol. 

Ir-rutina ftit li xejn inbidlet ħlief forsi wara l-iskola fejn it-tfal ikunu jridu jippreparaw l-affarijiet skont x'qalulhom ilestu l-għalliema biex jieħdu magħhom fil-jiem li ġejjin. 

Facebook / St. Claire's College - San Ġwann Primary School


Emil Calleja Bayliss