L-ewwel ġimgħa tal-iskola ħafna drabi ġġib magħha xi ftit maltemp, kważi tradizzjoni. Iżda donnu t-temp jaf li l-maġġoranza tat-tfal mhux ħa jirritornaw l-iskola din il-ġimgħa imma ħa jidħlu aktar tard!
Dan għaliex din il-ġimgħa għandna nistennew ġimgħa b'temp mill-isbaħ. Dan ġie rrappurtat fuq il-paġna Aġġornament tat-temp. Wara xi jiem, b'temp ftit instabbli fejn anke kellna ġranet bi ftit maltemp jidher li l-jiem li ġejjin għandna nesperjenzaw temp mill-isbaħ.
Nistennew u naraw jekk jerġax jinqaleb kollox hekk kif it-tfal ikun waslu biex bil-mod jibdew deħlin lura l-iskola!
Facebook / Aġġornament tat-Temp